Dr Christopher Ciantar inħatar bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fis-17 t’April 2008.
Dr Ciantar ingħaqad fil-Ministeru għall-Ambjent bħala Inġinier fl-1994, wara li ggradwa B.Eng.(Hons) fl-inġinerija mekkanika mill-Università ta’ Malta. Fl-1996 kiseb M.Sc. fl-inġinerija għas-servizzi tal-bini mill-Università ta’ Brunel, fir-Renju Unit.
Fl-2001 Dr Ciantar iggradwa b’Dottorat fil-Filosofija mill-Università ta’ Bournemouth (Renju Unit). Fl-istess sena, inħatar Kap tad-Dipartiment tal-Immaniġġjar ta’ l-Iskart u Inizjattivi Sostenibbli. Fl-2003, imbagħad, inħatar Esekuttiv għall-Istrateġija u l-Iżvilupp fil-WasteServ Malta Ltd.
Fl-2005, Dr Ciantar inħatar Direttur (Politika u Inizjattivi Ambjentali) fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Dr Ciantar hu miżżewweġ lil Eleonor née Vassallo. |